Sa tmiem is-sena 2018 kien hemm 390 persuna jistennew biex jagħmlu użu minn servizz ta’ Psikologu. Din l-informazzjoni ħarġet mill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo fuq mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Mario Galea.
Galea staqsa jekk jistax l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizz ta’ psikologu f’dawn l-aħħar tliet snin u jekk hemmx xi lista ta’ stennija? Kif jistgħu l-ġenituri jagħmlu użu minn dan is-servizz għall-benefiċċju ta’ uliedhom?
Ingħad li l-lista ta’ stennija f’Mejju tal-2016 kienet ta’ 1,382. Is-servizz hu fuq bażi ta’ Open Referral system u għaldaqstant il-ġenituri jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz dirett billi jimlew ir-Referral Form huma jew jitolbu assistenza mill-iskejjel. Din l-istatistika hija tal-iSchool Psychological Service fi ħdan l-NSSS (National School Support Services) li hi responsabbli mill-iskejjel statali
Is-servizz hu fuq bażi ta’ Open Referral system u għaldaqstant il-ġenituri jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz dirett billi jimlew ir-Referral Form huma jew jitolbu assistenza mill-iskejjel. Din l-istatistika hija tal-iSchool Psychological Service fi ħdan l-NSSS (National School Support Services) li hi responsabbli mill-iskejjel statali
//= $special ?>