Lokali Parlament

Abbozz ta’ Liġi li ta raġun lill-Oppożizzjoni

Dan huwa abbozz ta’ Liġi li wara tmien snin ta’ sofferenza issa se jidħol fis-seħħ. Id-dewmien kien żgur xi ħaġa li minħabba fih batew it-tfal. Wara l-impenn tal-President Marie Louise Coleiro fejn kien waqaf kollox meta hi ma baqgħetx Ministru, l-affarijiet komplew itawwlu u meta l-Oppożijoni sa anke ressqet 23 proposta favur id-Drittijiet tat-Tfal dawn ġew mormija. Tal-anqas issa ersaqna lejn xulxin u qed naqblu, u grazzi wkoll għal Ministru Michael Falzon, issa qed naħdmu qatiegħ flimkien għal ġid tat-tfal.

Meta kien qed jitkellem dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Drittijiet tal-Minuri, id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar tkellem dwar ir-rapport tal-ex Imħallef Michael Mallia fejn il-konklużjoni tiegħu kien wieħed ċar. L-ewwel u qabel kollox l-interess għandu jkun it-tfal u kull interess ieħor huwa sekondarju. Għandna nipprovdu unikament għall-interessi tat-tfal.

Cutajar, li kien fil-pusses tal-Kamra wara li kien beda d-diskors tiegħu dwar dan l-Abozz, it-Tlieta filgħaxija, qal li wara l-intevent tiegħu fil-Parlament kellu kuntatt ma’ numru ta’ Foster Parents, kif iħobb isejjħilhom hu u mhux Foster Carers. Dawn qalulu li s-sitwazzjoni tagħhom għadha ma tjibitx kif suppost, u kif jesiġi r-rapport tal-Imħallef Mallia. Qal li tal-anqas it-23 proposta li kienet ressqet l-Oppiżizzjoni dwar is-suġġet, u li kienu mormija mill-Gvern, issa l-istess Gvern irikonoxxa li huma tajbin.

Il-kelliem faħħar ukoll li “stake holders” li ħadmu mal-Gvern u Oppożizzjoni għal ġid tat-tfal u qal ukoll kemm kien utli d-dokument maħruġ minn Dr. Galea Seychell fejn din tkellmet u għamlet aċċenn dwar il-kuntatt u dwar il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li Malta hija wkoll firmatarja tiegħu. Dak li jinsab minsuġ f’Artiklu 9 u 10 fejn jitkellem ċar dwar l-importanza li tfal jibqgħu f’kuntatt mal-ġenitur separat minnhom meta jkun il-każ, jew anke meta jkunu separati mit-tnejn, u li dan dejjem għandu jkun il-każ ħlief meta ma jkunx fl-aħjar interess tagħhom.

Robert Cutajar qal li b’kull rispett lejn il-ġenituri bioloġiċi, l-ewwel interess għandu jkun dejjem il-ħarsien tat-tfal. Dejjem hemm lok ta’ fejn għandna nirranġaw u qal li huwa konvint li issa bi qbil flimien, nistgħu naslu. Tkellem dwar is-sofferenzi tat-tfal, u li fil-passat u anke issa, li hemm bżonn importanti li wieħed jintervjeni għax it-tfal jistgħu jspiċċaw bi trawma fuqhom, trawma li tħalli ħajja negattiva. Il-burokrazija dejjem tagħmel ħsara u għalhekk mill-ewwel għandha nieħdu ħsieb dawn it-tfal li jbatu minn ansjeta’ minħabba xi problemi li qegħdin jiffaċċaw.

Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza li nħajjru aktar żgħażagħ biex jibdew jiffosterjaw, irridu ndaħħlu din il-kultura, għax mhux faċli li titratta lit-tfal li ma jkunxu tiegħek, bħal li kieku huma tiegħek. Tkellem ukoll dwar persuni li jadottaw, xi ħaġa oħra mhux faċli u li kemm jista’ jkun irridu nmexxu biex il-ħajja tagħhom issir, eħfef, anke jekk ħafna mill-problemi jingħad li ġejja meta jiġu biex jadottaw minn barra l-pajjiż.

Il-Gvern għandu jinvesti aktar fir-riżorsi umani, għax sa issa dan mhux qed isir u hemm bżonn li nagħmlu “commitment” ma dawn in-nies u dan dejjem għall-interessi tat-tfal. Kif il-Gvern sab l-appoġġ biex tiġi formulata din il-liġi, isis lill-Oppożizzjoni tgħin biex din tirnexxi. Il-Kelliem faħħar ukoll l-impenn tas-Senior social worker John Rolé, li ħadem bla heda biex it-tfal ikollhom ħajja aħjar, persuna li huwa wieħed mill-pilastri tas-soċjeta’ favur id-drittijiet tat-tfal.