Ambjent Lokali

Allarm fuq id-destin ta’ Wied il-Lunzjata u Wied il-Ħżejjen

Tqajjem allarm fuq id-destin ta’ Wied il-Lunzjata f’Għawdex, kif ukoll Wied il-Ħżejjen fil-periferiji tal-Imġarr.

Alfred Baldacchino, eks assistent direttur tad-direttorat ambjentali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar. qajjem tħassib fost biżgħa li xgħolijiet li qed isiru minn entitajiet tal-Gvern se jirriżultaw fi tkissir tal-biodiveristà.

Baldacchino qal li l-istess żbalji li reċentement wasslu lill-ERA biex twaqqaf xogħlijiet li għaddejjin f’Wied l-Isqof, fuq bażi li dawn kienu qed jikkawżaw disttruzzjoni ambjentali, kienu qed jiġu ripetuti f’Wied il-Lunzjata. Huwa jistqarr li m’għandu xejn kontra l-aċċessibbilta għall-bdiewa, dan sakemm il-mogħdijiet fil-kampanja ma jispiċċawx qishom ‘highways’, u jsir twessiegħ bla rażan.

It-twessiegħ ta’ dawn il-mogħdijiet imur kontra l-interess tal-bdiewa Maltin. Dan għaliex dawn se jkunu iktar aċċessibbli u esposti, bil-possibbiltà li jkunu misruqa ċerti prodotti agrikoli.

Alfred Baldacchino jsosti li l-mogħdijiet f’Wied il-Lunzjata, kienu qed jiġi mwessgħin billi ‘jidħlu’ fuq gżira verġni u l-veġetazzjoni kollha kienet qed titħassar, dan għaliex il-konkrit kien qed jiġi applikat f’kull triq li qed tiġi mmwessgħa. Huwa kritika dawn ix-xgħolijiet minħabba l-fatt li ma saritx konsultazzjoni ma’ entitatjiet tal-Gvern.

Fi tweġiba li ngħata mill-Ministru Josè Herrera, Herrera saħaq li kien infurmat li l-kwistjoni ġiet riżolta bit-tneħħija ta’ xi wħud mill-veġetazzjoni mit-toroq u l-bankini. Fid-dawl ta’ dan Baldacchino qal li l-MInistru ma kienx infurmat b’mod korret b’dak li kien qed isir f’dan il-wied.

Baldacchino tkellem ukoll fuq is-sitwazzjoni ta’ Wied il-Ħżejjen, fil-limiti tal-Imġarr, fejn fl-aħħar jien tneħħew numru ta’ siġar. Waqt din l-operazzjoni intużaw inġenji kbar li setgħu għamlu ħsara lill-ambjent.