Ambjent Edukazzjoni Lokali

Dimostrazzjoni fi ġlieda għad-dinja tagħna

“Aħna ż-żgħażagħ ninsabu ferm inkwetati dwar il-futur tagħna. L-umanità bħalissa qed tagħmel estinzjoni tal-ispeċi fid-dinja li tinsab fi kriżi katastrofika.”

Huwa li għalhekk li l-Kunsill Studenti Universitarji se jingħaqad mal-Moviment tat-tibdil fil-klima ta’ Greta Thunberg li kienet ta’ ispirazzjoni għal numru ta’ studenti madwar id-dinja.

Il-Ġimgħa li ġej il-KSU se jkun qed iwettaq students4climate strike; mixja dimostrazzjoni li tibda fin-12.30 mill-Università għall-binja tal-Parlament fil-Belt Valletta. Il-mixja se tkun qed tinkludi studenti minn Junior College.

Ma’ tmiem id-dimostrazzjoni l-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ – KNŻ flimkien ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet oħra se jippreżentaw numru ta’ diskorsi li jitkellmu dwar it-tibdil fil-klima, u l-isfidi li qed naffaċjaw bħala bnedmin.

Studenti u żgħażagħ huma mħeġġa biex jattendu għal din il-mixja fi ġlieda għad-dinja tagħna.