Lokali

Edizzjoni oħra tal-Alive Cycling Challenge

Alive Challenge 2019 – maratona ta’ ċikliżmu ta’ 1,200km mifruxa fuq 7 t’ijiem bl-għan li jinġabru aktar fondi għar-riċerka fuq il-kura tal-kanċer.

Tkellimna ma’ Nicky Camilleri f’isem il-Fondazzjoni Alive illi spjegalna aktar dwar l-għan tal-attività li se ssir bejn l-11 u l-21 ta’ Lulju.

Huwa qal li matul is-snin ir-riċerka kompliet tagħti riżultati mixtieqa fejn tidħol il-kura tal-kanċer. Intant, filwaqt li fis-sena 2013 persuna minn kull erba’ kellha l-marda tal-kanċer, Illum dik iċ-ċifra niżlet għal persuna minn kull tnejn. Minkejja dan, ir-riċerka qed dejjem tavvanza biex tipprovdi trattamenti ġodda kif ukoll diagnosi aktar kmieni. Camilleri temm jgħid li dan jagħmillu aktar kuraġġ biex il-fondazzjoni Alive tkompli tiġbor il-fondi. Qal ukoll li minkejja li jsibu ħafna kooperazzjoni, il-fondi huma dejjem bżonnjużi.

Ħadna l-kumment ukoll lil Michael Gafa ċiklista u organizzatur ta’ din il-maratona. Huwa tenna li l-maratona se tibda minn Oslo, wara Hamburg. Gafa qalilna li tul il-jum jieqfu darba biss, biex jieklu waranofsinhar, u wara dik il-waqfa ċkejkna jkomplu għaddejjin bir-rotta.

It-tnedija saret bl-appoġġ tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, u fiha tkellem ukoll it-tabib Duncan Ayers, wieħed mill-professjonisti li wettaq u se jkompli jwettaq ir-riċerka fuq il-kura tal-kanċer.