Internazzjonali

Għexieren ta’ tfal maqbuda fi skola li ġġarfet fin-Niġerja

RITRATT SKY NEWS
Sa issa 8 mejta

Minn tal-anqas tmint itfal tilfu ħajjithom meta għal ħabta tal-10.00am iġġarfet skola f’Lagos, in-Niġerja, b’għexieren ta’ tfal jinqabdu fit-tifrik. Hu mifhum li maqbuda fil-binja hemm mal-100 tifel u tifla.

L-iskola kienet fit-tielet sular tal-binja li tinsab fir-raħal ta’ Ita Faji fuq il-gżira ta’ Lagos.

Mhux magħruf x’wassal biex iġġarfet il-binja li kellha tlett sulari, b’żewġ sulari minnhom appartamenti u skola fit-tielet sular.

Ħaddiema tal-emerġenza mal-ewwel waslu fuq il-post u bdew ħidma instensiva sabiex jinħarġu t-tfal u r-residenti minn qalb it-tirfik. Ħafna ġenituri waslu fuq il-post, filwaqt li oħrajn maru fl-isptarijiet tal-lokal bit-tama li jsibu lill uliedhom hemm.

Ibrahim Farinloye, kelliem għal-Aġenzija għall-Emerġenzi Nazzjonali qal li hu maħsub li hemm għadd kbir ta’ niex maqbuda ġol-binja. Ħaddiema tal-emerġenza qed jissokktaw bl-isforzi sabiex isalvaw lil dawk maqbuda ġewwa.

Fin-Niġerja huma spissi l-inċidenti ta’ tiġrif ta’ bini minħabba l-kwalità fqira tal-kostruzzjoni u n-nuqqas ta’ infurzar fis-settur. Fl-2016 iktar minn 100 ruħ tilfu ħajjithom meta sfronda saqaf ta’ Knisja f’Uyo fin-Nofsinhar tan-Niġerja.