BIRKIRKARA…………… 0 ĦAMRUN S…………….. 1
Birkirkara: K. Naumovski, D. Chapoval, N. Vukanac, E. Ferreira, M. De Siqueira, T. Agius, M. Andelkovic (M. Guillaumier 46’), J. Bezzina, K. Zammit, M. Mifsud (T. De Souza 60’), L. Montebello (C. Attard 77’)
Ħamrun: M. Bartolo, K. Micallef, O. Nikolopoulos, E. Pepe, M. Gauci, T. Caruana, M. Criaco, C. Calil, C. Henneberg (C. Borg 68’), K. Tulimieri (R. Darmanin 78’), W. Domoraud
Imwissija: L. Montebello 48’, T. Agius 75’ (B), R. Darmanin 82’, M. Bartolo 92’ (Ħ)
Tkeċċa: T. Agius 95’ (B)
Skorja: R. Darmanin 81’ (Ħ)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Paul Apap
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Triston Caruana (Ħamrun Spartans)
Gowl tas-sostitut Ryan Darmanin ta rebħa li tiswa mitqlu deheb lil Ħamrun Spartans fit-taqtigħa għall-post fl-Ewropa. Ir-rebħa kienet meritata għaliex Ħamrun kienu l-aktar li wera li jrid jirbaħ il-logħba, minkejja li ma ħolqux numru kbir ta’ okkażjonijiet.
Għal Birkirkara din kienet telfa oħra imbarazzanti hekk kif il-gowlkiper Ħamruniż Manuel Bartolo kważi ma kien impenjat qatt. Minn kemm ilu Direttur Sportiv John Arne Riise, Birkirkara għadhom ma rebħux kontra t-tim min-naħa ta’ fuq u fl-erba’ logħbiet kontra Balzan, Valletta, Gżira u Ħamrun skorjaw gowl biss u kisbu żewġ punti.
Ħamrun ħolqu l-ewwel periklu wara 19-il minuta b’xutt akrobatiku ta’ Kevin Tulimieri li kien salvat tajjeb parzjalment minn Kristijan Naumovski, bil-ballun jispiċċa għand Calil li xxuttja mill-ewwel iżda t-tentattiv ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka.
Birkirkara naqsu li joħolqu azzjonijiet perikolużi, b’Ħamrun jippruvaw ikunu l-aktar tim avventuruż. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Ħamrun marru ftit viċin bi free-kick mil-lemin ta’ Triston Caruana jsib lil Orestis Nikolopoulos iżda d-daqqa ta’ ras tad-difensur għaddiet fuq il-lasta.
Kevin Tulimieri prova fis-47 minuta meta daħal tajjeb għall-kross mil-lemin ta’ Carlos Henneberg iżda x-xutt finali għadda sew fuq il-lasta. Birkirkara wieġbu fit-58 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Marcelo De Siqueira li għadda fuq il-mimduda. Fit-62 minuta xutt minn barra l-kaxxa minn pożizzjoni ċentrali ta’ Caetano Calil għadda ma nkwadrax il-lasta.
Ċans tad-deheb għal Ħamrun fid-79 minuta f’azzjoni mibnija tajba, b’Domoraud iqassam lejn is-sostitut Ryan Darmanin li niżżel lil Caetano Calil li ġie f’pożizzjoni mill-aqwa iżda laqat il-ballun ħażin u xxuttja barra.
Madankollu dan kien il-preludju għall-gowl tar-rebħa fil-81 minuta meta RYAN DARMANIN ġie żmarkat b’passaġġ fuq il-lemin minn Criaco, ikkontrolla u spara wara Naumovski fost il-ferħ tal-plejers u l-bankina Ħamruniża, b’Darmanin imur jiġri ħdejn il-kowċ sospiż Giovanni Tedesco li kien fuq man-naħa tal-partitarji.
Birkirkara ma kellhomx reazzjoni għal dan il-gowl u saħansitra spiċċaw il-logħba b’għaxar plejers meta tkeċċa fl-aħħar sekondi Terence Agius.
//= $special ?>