Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema permezz ta’ stqarrija wera l-gratitudni tiegħu li fl-inċident tal-bieraħ fejn waqgħet gallarija fi Triq Hughes Hallet ma’ weġġa ħadd. Madankollu l-Kunsill Slimiż ma jistax ma jiġbiedx l-attenzjoni lill-awtoritajiet u lis-sidien tal-proprjetà biex jieħdu ħsieb li jagħmlu x-xogħol meħtieġ ta’ manutenzjoni fil-binjiet tagħhom.
“Il-proprjetà u x-xogħol li għandu jsir fil-binjiet huwa responsabbilità legali tas-sid.”
Il-Kunsilli Lokali Tas-Sliema sostna li hemm il-ħtieġa li l-awtoritajiet, u dawk kollha responsabbli jagħmlu moniteraġġ tal-proprjetajiet, kemm pubbliċi u kemm provati, li jkunu fi stat ta’ periklu. Dan importanti li għandu jsir biex inċidenti bħal dawn jiġu mrażżna.
Min-naħa tiegħu l-Kunsill Slimiż qal li hu se jibqa’ jaħdem fil-qrib ta’ dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna fiz-zona konċernata.
//= $special ?>