Hemm bżonn ta’ aktar ħarsien u taħriġ provdut lil professjonisti fejn għandu x’jaqsam prevenzjoni u kontroll tan-nirien. Dan ingħad mill-Kamra tal-Inġiniera fid-dawl tan-numru ta’ inċidenti fl-aħħar jiem fejn kien hemm involuti n-nirien f’postijiet residenzjali u mhux biss.
Kelliema għall-Kamra tal-Inġiniera sostnew li l-istabbilimenti u faċilitajiet għandhom ikunu attrezzati b’sistemi biex jipprevenu inċidenti simili kif ukoll mgħammra b ‘għodda għas-sigurtà tal-pubbliku.
Huma appellaw lill-Gvern sabiex bla ebda telf ta’ żmien jintroduċi l-‘Fire Safety Act’. L-inġiniera saħqu li l-bini f’pajjiżna għandu jkun mibni b’tali mod li jkun jista’ jippreveni n-nirien. Għaldaqstant taw s-sostenn kollu lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni bi preparazzjoni għar-rinfurzar ta regolamenti ġodda tal-bini.
//= $special ?>


