Il-Ministru tal-Ġustizzja jieħu pożizzjoni li tmur f’konfront dirett mal-Imħallef irtirat Giovanni Bonello; isem li hu meqjus ‘istituzzjoni’ fil-kamp legali u ġuridiku.
Fl-ewwel okkażjoni li kellna biex nistaqsuh dwar l-akkużi serji li għamel Giovanni Bonello fil-konfront tal-mossi tal-Gvern fil-ġudikatura, Owen Bonnici mhux talli ma ħax il-pariri siewja tiegħu…imma talli għażel li jagħmel dikjarazzjoni ċara.
Fl-intervista tal-Ħadd, l-Imħallef irtirat Giovanni Bonello innota fost oħrajn li 16 mill-aħħar 17-il ħatra li saru fil-ġudikatura kienu ħatriet ta’ qraba ta’ politiċi, ħbieb tal-ministri jew b’xi mod marbuta ma’ involviment politiku.
Dan apparti li wissa’ li nbeda proċess li se jħalli problemi għall-50 sena li ġejjin u li ma jarax soluzzjoni għaliha.
Il-Ħadd li għadda, anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia esprima t-tħassib tiegħu dwar din is-sitwazzjoni.
Pajjiżna hu l-uniku minn fost dawk fl-Unjoni Ewropea fejn il-ġudikatura tintagħżel u tinħatar mill-Prim Ministru.
//= $special ?>
