In-negozji qed joħolqu l-ġid filwaqt li l-Gvern qed joħloq il-faqar. Dan qalu l-Kap tal-PN Adrian Delia f’sessjoni Parlamentari specjali li fiha iltaqghu diversi stakeholders li joperaw fil-qasam tan-negozju u l-kummerċ.
Adrian Delia tkellem dwar il-mossa tal-Gvern li jkabbar l-ekonomija biż-żieda fil-popolazzjoni, u mhux bil-ħolqien ta’ setturi ġodda. Hawn fakkar li kif kien il-PN li ħoloq il-bażi u kabbar diversi setturi bħal dak marittimu, finanzjarju, u l-informatika – oqsma li jħaddmu eluf ta’ impjegati.
Il-Kap tal-PN qal li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tistika biex tara Malta aħjar, f’kull aspett tal-ħajja. Malta li temmen fi tkabbir ekonomiku bi pjan.
Adrian Delia tkellem ukoll fuq il-bżonn li nerġgħu nibdew insaħħu r-reputazzjoni li tlifna kaġun tad-deċiżjonijiet żbaljati tal-Gvern. Ma nistgħux nitilfu aktar ħin, sostna Adrian Delia.
Din is-sessjoni parlamentari kienet l-ewwel edizzjoni tax-xorta taghha, organizzata mill-Kamra tal-Kummerc.
//= $special ?>