Lokali Parlament

Mill-2015 ‘l hawn tessqu 50 persuna il-Qorti akkużati fuq moħqrija tal-annimali

Ritratt: Matthew Tabone

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qal li mill-2015 ‘l hawn kien 50-il persuna li tressqu mixlijin fuq moħqrija tal-annimali. Din l-informazzjoni ngħatat fuq mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Mario Galea.

Galea staqsa, Jista’ l-Minsitru jgħid, mill-2013 sal-lum, kemm tressqu nies il-Qorti, sena b’sena, fuq akkużi li għandhom x’jaqsmu mal-moħqrija tal-annimali? L-informazzjoni li ta l-Ministru kienet li fl-2015 tressqu disa’, 2016 tressqu 11, 2017 ġew mixlija 14, sena l-oħra 12, u din is-sena sa issa erba’.