Futbol Sport

Neymar investigat mill-UEFA minħabba kummenti li għadda

(Ritratt: EPA)

L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain Neymar jinsab taħt investigazzjoni mill-UEFA wara l-kummenti li l-Brażiljan għamel wara t-telfa kontra Manchester United il-ġimgħa l-oħra. Fuq il-media soċjali, hu ddeskriva d-deċiżjoni li r-referee Damir Skomina ħa bl-għajnuna tal-VAR bħala inaċċettabbli. Neymar li kien imweġġa’ fiż-żewġ legs, qal li l-penalty skorjat minn Marcus Rashford kien ineżistenti.

“Hi inaċċettabbli. Erbat irġiel li ma jafu xejn fuq futbol jaraw ripetizzjoni bilmod quddiem it-televiżjoni. Ir-referee ra l-filmat tal-ballun jaħbat ma’ id Presnel Kimpembe, liema penalty wassal biex Manchester United għaddew bil-gowl away. “X’jista’ jagħmel b’idu meta ma kienx qed iħares?” qal Neymar.

Tags