Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic eliminat fit-tielet rawnd tal-Indian Wells

(Ritratt: EPA)

Is-sid numru wieħed Novak Djokovic kien eliminat mit-tielet rawnd tal-Indian Wells b’telfa ta’ 6-4, 6-4 kontra Philipp Kohlschreiber. Is-Serb li hu rebbieħ attwali ta’ tliet Grand Slams, kisser ir-raquet b’rabja, wara li Kohlschreiber rebaħ l-ewwel set.

Il-Ġermaniż sid numru 39, kien tilef is-seba’ konfronti kontra s-Serb ta’ 31 sena. Din il-logħba ntlagħbet fuq jumejn wara li kienet sospiża minħabba x-xita qawwija. Fir-rawnd li jmiss jilgħab kontra Gael Monfils.

“Biex inkun onest, ma niħux pjaċir nitlef speċjalment f’tournament bħal dan, tournament fejn kelli ħafna suċċess fil-passat. Imma tiġri, waħda minn dawk il-ġranet. Trid timxi ‘l quddiem u taqleb il-paġna,” qal Djokovic.