Lokali

Raġel ta’ 52 sena fil-periklu tal-mewt wara ħabta kerha fis-Siġġiewi

F’inċident li seħħ għall-ħabta tat-2.30 ta’ wara nofsinhar, raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-karozza tiegħu kienet involuta f’ħabta frontali ma’ trakk tal-kostruzzjoni. L-inċident seħħ fi Triq Monsinjur Mikiel Azzoppardi fis-Siġġiewi.

Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Opel Corsa misjuqa mir-raġel ta’ 52 sena u Mitsubishi Fuso misjuq minn raġel ta’ 62 sena resident Ħ’attard. Fil-Mitsubishi kien hemm ukoll raġel ta’ 19-il sena residenti s-Siġġiewi.

Fuq il-post issejħu ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li għenu sabiex jinħareġ ir-raġel mill-karrozza kif ukoll ambulanza li ħadet lit-tliet vittmi l-isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 52 sena ġie ċertifikat li kien fil periklu tal-mewt filwaqt li l-kundizzjoni taż-żewġ perunsi l-oħra għadha mhix magħrufa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Ann Marie Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.