Lokali

Raġel ta’ 63 sena jweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 63 sena minn Ħal Safi qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Dan wara li għall-ħabta tas-13.00 kien involut f’inċident li seħħ fi Triq id-Dragunara f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel waqa’ minn għoli waqt li kien qd jagħmel xi xogħolijiet f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħu l-protezzjoni ċivili kief ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għal iktar kura.

Aktar tard hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.