Lokali

RITRATTI: Mill-istudenti b’risq it-tfal fil-bżonn

Studenti mill-iskola ta’ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun ħadmu bla waqfien sabiex jiġbru fondi halli isiru proġetti għal tfal oħra madwar id-dinja.

Tkellimna ma’ Nancy Camilleri dwar l-għan ta’ Missio Tfal, kif ukoll fuq il-ħidma li saret u li se tibqa’ ssir fiż-żmien li ġej.

L-istudenti li ltqajna magħhom kienu qed jaħdmu fuq tajra li bdiet tinbena għal missjoni biex permezz tagħha joħroġ il-messaġġ ta’ għaqda, u ta’ ħidma kollettiva biex jiġbru fondi għal dawk l-aktar fil-bżonn.

Ħadna l-kumment ukoll tal-Assistent Surmast Charmaine Seguna fejn elenkat ix-xogħol li qed twettaq l-iskola f’dan l-abitu. L-iskola tilqa’ fiha numru ta’ kulturi differenti, li għalkemm dan kollu ħadmu flimkien għal dan l-għan ta’ missjoni.

Sara Eskif, studenta fil-Kuleġġ li spjegatilna aktar dwar il-ħidma li saret minn studenti bħalha biex b’xi mod jew ieħor kulħadd għen ħalli jinġabru l-flus għal dan l-ghan nobbli.

Is-Sibt li ġej Missio Malta se tkun qed tiġbor il-fondi u tilqa’ d-donazzjonijiet tal-pubbliku f’maratona ġbir ta’ fondi li se tixxandar fuq Net TV.

Nancy Camilleri, minn Missio Malta ma naqsitx milli trodd il-ħajr lill-Maltin li permezz tagħhom saru mas-70 proġett mxerda mad-dinja kollha. Hija wkoll appellat biex is-Sibt li ġej il-poplu Malti jerġa jkun ġeneruż u jgħin fl-attiività ġbir ta’ fondi.