Lokali Parlament

Servizz ta’ iSmoking Cessation Clinics fi tliet Centri tas-Saħħa biss

Fil-Parlament ħarġet l-informazzjoni li iSmoking Cessation Clinics huma allokati fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, tal-Furjana u ta’ Raħal Ġdid. Dan it-tagħrif ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Galea staqsa wkoll fejn huma allokati l-iSmoking Cessation Clinics u x’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz? Mit-tweġiba rriżulta li ċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira, Bormla, Qormi, Rabat u Birkirkara, ma jeżistiex tali servizz.

Is-servizz jiġi offrut wkoll fl-isptar Ġenerali ta’Għawdex. Sadanittant L- Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk (KAP. 315) jirrekjedi li kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk għat-tipjip għandu jinkludi l-informazzjoni Tobacco Stop Line: 80073333 kif ukoll il-website: www.health.gov.mt.

Sabiex wieħed jirċievi dan is-servizz, wieħed jista’ jċempel fuq it-Tobacco Stop Line 8007 3333 fejn jista’ jħalli d-dettalji tiegħu (f’kull ħin tal-ġurnata u tal-lejl) permezz ta’ answering machine, jew jidħol fuq is-sit health.gov.mt, u japplika onlajn fis-sezzjoni tal-Health Promotion, jew ikellem professjonist tas-saħħa li t/jkun t/jista’ t/jiggwidah għas-servizz, jew jimla applikazzjoni manwalment – applikazzjonijiet jinsabu fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fl-isptar Mater Dei.