Lokali

Taqa’ l-websajt tal-Air Malta wara li sfat vittma ta’ hacking

Il-websajt tal-linja nazzjonalia tal-ajru, l-Air Malta lbieraħ spiċċat vittma ta’ hacking. Dan wara li meta persuni provaw jidħlu fil-paġna tal-kuntatt tal-linja tal-ajru, il-klijenti spiċċaw b’link li twassal għal ‘dating site’.

Klijenti li ppruvaw jużaw il-formola ta’ kuntatt tal-Air Malta, sostnew kif il-formola kienet diġà mimlija bl-informazzjoni meta fetħu l-paġna minkejja li ma kinux daħlu ebda data personali. Wara ħarsa iktar dettaljata l-klijenti qalu li kien jidher ċar li l-isem u l-indirizz tal-e-mail kienu evidentement ‘magħmula’, kif kienu wkoll l-kuntatt u n-numru tal-Flypass. Fil-kaxxa għall-messaġġ fl-aħħar tal-formola, kien hemm link għal sit tad-dating.

L-istess messaġġ kien għadu ġejjin sat-8:30 ta’ dalgħodu. Kelliem għall-Air Malta qal li l-linja tal-ajru kienet f’kuntatt mal-disinjatur tal-websajt dwar il-kwistjoni. Sissa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan il-hacking.