Spezzjonijiet mid-Direttorat saru f’ Awwissu u wara f’Diċembru li għadda f’razzett tal-ħalib fil-Fgura. Wara saret spezzjoni oħra fis-7 ta’ Marzu li għadda, l-istess ġurnata li deheret storja mtella mit-Times on Line, bit-Titlu “Disturbing images depicit horrible conditions at Fgura dairy farm”, qal il-il-Ministru Jose’ Herrera.
Dan ħareġ fuq Mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Mario Galea fejn staqsa jistax l-Ministru jgħid hux se jittieħdu passi kriminali kontra s-sid fuq akkużi ta’ moħqrija lill-annimali, Il-mistoqsija kienet ukoll punġenti fis-sens, li kien mistoqsi dwar x’passi ħa d-direttur inkargat minn dan il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex dawn l-annimali ma jibqgħux ibatu u jgħixu f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ moħqrija?
Kif ukoll dwar meta saret l-aħħar viżta mid-direttorat dwar dan il-farm u x’instab u dan fid-dawl li d-dipartiment konċernat kien jaf b’dawn il-kundizzjonijiet fil-farm? Fit-tweġiba ngħad li filwaqt li jfakkar li d-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja huwa awtonomu fid-deċiżjonijiet regolamentorji li jieħu, jien infurmat li dan l-istess direttorat wara li ra u kkunsidra ċ-ċirkostanzi tal-każ u wara li kkunsidra wkoll il-fatt li l-operatur ewlieni tal-farm miet m’ilux u kif ukoll wara li kkunsidra wkoll d-diffikultajiet li sabu l-eredi, ħass li mhux il-każ li jittieħdu passi kriminali f’dan l-istadju.
Herrera qal li huwa nfurmat ukoll li r-regolatur, ħareġ ordni biex fi żmien stipulat ta’ xahar kumplessivament u bħala l-aħħar opportunita’ biex ir-razzett jirregola ruħu: Jinġieb veterinarju privat tal-fiduċja tal-eredi biex tingħata kura lil dawk l-annimali li għandhom is-slieħ u qed ibagħtu mid-deni fis-sider u fejn hemm mard ieħor. L-eredi jridu jistabbilixxu pjan tas-saħħa tar-razzett kollu flimkien mal-veterinarju u jridu jaraw kif inhuma bi ħsiebhom ikomplu (ġimgħa).
Kull materjal li jinsab fir-razzett u li jista’ jwassal biex jikkawża uġiegħ jew tbatija bla bżonn irid jiġi mneħħi immedjatament mir-razzett (xahar).m Id-demel kollu li jinsab fl-imħażen fejn qegħdin l-annimali jrid jiġi mneħħi u mnaddaf immedjatament u kuljum. L-artijiet kollha fejn għandhom aċċess għalihom il-bhejjem iridu jiġu rranġati b’tali mod li l-bhejjem ma jiżolqux meta jkunu fuqhom. Hemm bżonn li jintuża iktar friex mal-art biex jassorbi iktar ilma u jevita li jkun jiżloq. Irid isir pjan ta’ azzjoni dwar kif l-ammont ta’ bhejjem ser jiġi mnaqqas (mill-iktar fiss possibli).
//= $special ?>