Waqt li kien qiegħed jitkellem fil-parlament dwar il-id-Drittijiet tal-Minuri d-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici ddikjara b’mod ċar li l-Oppożizzjoni taqbel ma dan l-abbozz għax uliedna ħaqqhom dejjem l-aqwa protezzjoni. Huwa qal li tul dawn l-aħħar snin saru diversi liġijiet li jassiguraw iktar protezzjoni legali qawwija.
Fakkar li tul amministrazzjoni Nazzjonalista kienu daħlu żewġ liġijiet importanti. Dan biex jipproteġu u jasserixxu numru ta’ punti fundamentli. L-ewwel kull tifla u tifel għandhom d-dritt li jkunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom u dan ġie affermat bl-introduzzjoni tad-DNA testing fil-kawżi ta’ paternita. It-tieni li ebda wild ma jista’ jiħi espost għall-persuni li abbużaw jew kkomettew delitti kontra l-minuri bl-introduzzjoni tar-reġistru li jżomm lil min jinsab ħati jew akkużat waqt l-proċeduri milli jimpjega ruħu f’istituzzjoni skola li jkun hemm t-tfal fiha.
Il-kelliem fakkar li f’dik il-liġi ma hemmx l-limitazzjoni ta’ pajjiżi oħra li jħarsu biss lejn delitti sesswali imma mar iktar l-bogħod fosthom ukoll meta l-ulied jiġu maħqura jew jkun hemm min per eżempju jittraffika d-droga viċin ta skola. Dawn kienu passi mportanti li fuqhom dan l-abbozz qiegħed jibni f’direzzjonijiet oħra. Huwa sewwa li jkun hemm tiġdid ta liġijiet bħal dawn ghax ma kull perjodu qed nsibu iktar tagħlim u nifhmu kemm t-tfal jridu jiġu protetti f’soċjeta li qedha titlef mill-valuri nsara tagħha. Valuri li qabel konna naċċettaw illum qed jiġu mkassbra u mċekkna.
Din il-liġi qedha għalhekk iddaħħal kunċetti ġodda li qabel kien hemm l-familja għalihom. Proprju għalhekk li wieħed għandu jimxi ukoll sabiex f’dan l-abbozz fl-artikolu 8 tiegħu wieħed jikkonsidra li min jara ulied maħqura jkollu mhux d-dritt imma d-dmir li jirrapporta. L-kelliem fakkar li fis-sistema legali tagħna ftit huma l-każijiet fejn ċittadin li jara delitt jseħħ għandu fuqu l-obbligu li jirraporta lill-Pulizija. Pero dan l-kunċett huwa diġa ntrodott fil-liġi li ntroduċiet l-protezzjoni tal-minuri. Hemm hemm obbligu legali li jsir rapport u dan illum huwa kunċett li diversi istituzzjonijiet religjużi u sekulari jaċettaw u jħaddmu.
Mhux biss il-Kelliem kompla sostna li dan jfisser li għandu jkun hemm ukoll rabta aqwa bejn l-liġi diġa esistenti li ntroduċiet r-reġistru u dan l-abbozz. Fosthom li d-Direttur Protezzjoni Minuri li huwa kunċett tajjeb jirrapporta ukoll lill-Qorti u jippreżenta informazzjoni ta dak li jkun ġie għandu meta jqumu każijiet kif kellna fil-passat. Ta tfal mħollija f’postijiet hżiena jew abbandunati.
Biss għandha ukoll tħares lejn kif wieħed jwieġeb ghall-isfia ta’ ulied li qed jinġiebu f’pajjiżna minn persuni ta nazzjonalita oħra u ta immigrant rregolari. Hemm hemm bżonn iktar attenzjoni u preparazzjoni għax l-kulturi u l-abbużi li jiġu għalina ma humiex faċli. Hawn sfidi partikolari marbuta mal-fatt li uhud jaraw l-bniet bhala inqas mis-subien bhal mutilazzjoni tal-organi ġenitali tal-mara .
Din hija liġi li tħares lejn l-interess tal-ulied u hekk għandha tibqa’ tħares. Il-viżjoni u l-pedament tagħha huwa li jara li ma jkunx hemm ulied li jispiċċaw l-għid mis-soċjeta u jsiru għedewwa tagħha. Pedament il-quddiem għal ċittadini futuri fl-isfidi tad-dinja moderna teknoloġika u li tkabbar aġir anti socjali.
//= $special ?>


