Internazzjonali Lokali

Problemi għal xi accounts ta’ Facebook u Instagram

Facebook u Instagram mhux qed jaħdmu kif suppost għal x’uħud. Dawn il-problemi effettwaw accounts ta’ persuni madwar id-dinja kollha.

Filwaqt li jistgħu jiftħu l-apps, dawk effettwati ma jistgħux jibgħatu jew jirċievu messaġġi, u ma jistgħux jippostjaw.

Whatsapp jidher li baqa’ jaħdem kif suppost, għajr għal xi accounts fil-Paraguay, l-Indja, il-Bangladesh u l-Arġentina.

Problemi wkoll għal Messenger fuq Desktop iżda baqa’ jaħdem kif suppost minn fuq il-mobile app.

Instagram kien l-aktar milqut. Posts ġodda mhumiex jitilgħu, Instagram Stories u Direct Messages mhux jaħdmu.
Is-sezzjoni tar-rekalmi ta’ Facebook mhux taħdem lanqas.