Żewġ anzjani Qriema qed isofru ġrieħi gravi wara li ttajjru kmieni dalgħodu f’inċident li seħħ fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi stess.
Il-vittmi, li kellhom jittieħdu l-isptar b’urġenza, huma mara ta’ 72 sena u raġel ta’ 73 sena.
Il-każ seħħ ftit qabel is-7am, quddiem il-bini tal-Kunsill Lokali.
L-anzjani intlaqtu minn vettura tat-tip Fiesta li kienet misjuqa minn tfajla ta’ 33 sena minn Ħal Qormi stess.
Il-Pulizija qed jinvestigaw dan l-inċident.
