Riċerka ġdida ppubblikata mill-European Heart Journal turi li f’Malta mal-576 persuna qed imutu kaġun ta’ mard relatat ma’ tniġġis fl-arja. Dawn l-imwiet KULL SENA huma d-doppju tal-ammont li kien maħsub sa ftit żmien ilu. Dan ifisser li l-aħħar riċerka titfa’ dawl fuq il-fatti reali ta’ din il-pjaga li qed jiffaċjaw ir-residenti f’diversi irħula madwar Malta u Għawdex.
Id-data turi li s-sitwazzjoni f’Malta, fejn jidħlu imwiet prematuri kaġunati minn tniġġis fl-arja, hi agħar mill-medja tal-UE.
Din ir-riċerka hi ibbażata fuq data tal-2015, u allura wieħed jifhem li f’erba’ snin is-sitwazzjoni kważi kważi hi agħar minn dawn in-numri preżentati.
B’kollox madwar il-pajjiżi tal-UE, mat-800,000 persuna jmutu kull sena minħabba tniġġis fl-arja.
//= $special ?>