Lokali

FILMAT: Puma fuq bejt toħloq baraxx ta’ kummenti; is-sid tad-dar fil-Fgura għandu l-awtorizzazjoni

Alison Bezzina, ambjentalista li sikwit titkellem fuq temi relatati mal-annimali u l-ambjent, poġġiet video fuq Facebook fl-aħħar sigħat fejn wasslet appell biex jiġi identifikat dan il-post. Il-video juri dik li tidher li hi puma, fuq bejt ta’ residenza magħluq f’forma ta’ gaġġa.

Aktar tard il-post ġie identifikat bħala dar fil-Fgura.

Alison Bezzina qalet illi probbabilment, dan l-annimal qed jinżamm bil-permess “iżda mhux għax xi ħaġa hi legali, tfisser li hi sewwa!”

Net News jinsab infurmat illi wara l-baraxx ta’ kummenti fuq Facebook marru fil-post uffiċjali tal-Animal Welfare kif ukoll Pulizija.