Lokali

Il-Gvern qed ifalli milli jindirizza b’serjetà l-istudenti li mhux qegħdin ikomplu bl-istudji tagħhom

Il-Gvern Laburista qiegħed ifalli milli jindirizza l-ammont ta’ studenti li mhux qegħdin ikomplu bl-istudji tagħhom u lanqas mhu qed jindirizza b’serjetà u jagħti l-għajnuna kollha possibbli lill-istudenti li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet li jaffettwa t-tagħlim biex ikunu jistgħu jkompli bl-istudji u jilħqu l-potenzjal tagħhom. Minkejja l-wegħdi li saru mill-Gvern Laburista fl-edukazzjoni, pajjiżna jinsab ma’ tal-aħħar fl-early school leavers minħabba nnuqqas ta’ ippjanar.

Dan qalu, Clyde Puli, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Iżvilupp Uman u l-Ħiliet għas-Seklu 21, fi stqarrija f’isem il-Partit Nazzjonalista.

L-istqarrija tgħid li studju li sar min-National Observatory for Living with Dignity juri biċ-ċar kif l-esperjenzi lil-istudenti jgħaddu minnhom fid-dar fejn jgħixu jħalli impatt jekk ikompli bl-istudji tagħhom.

Dan qed iwassal biex studenti jispiċċaw mingħajr il-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa għad-dinja
tax-xogħol tal-lum. L-early school leavers hija problema li l-Gvern mhux qed jindirizza
b’serjetà, speċjalment meta dawn l-istudenti ma jkunux jistgħu jaspiraw għall-aqwa impjiegi
bl-aħjar paga, u minflok jispiċċaw fil-morsa taċ-cheap labour, li qed tiżdied bil-politika talGvern li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni mingħajr pjan fit-tul.

L-istatistika turi li bejn l-2004 sal-2014 kien qed isir titjib fuq l-early school leavers, iżda
mill-2014 sal-lum pajjiżna ma ra l-ebda forma ta’ titjib. L-istatistika tal-MATSEC stess turi
wkoll li wieħed minn kull tliet studenti li twieldu fl-2002 jinsab fir-riskju li jitilqu kmieni
mill-iskola. Dan għaliex ma jgħaddux minn 5 suġġetti tas-SEC. Il-Kummissjoni Ewropea
stess ikkonfermat li fl-early school leavers, Malta tinsab l-aħħar fl-Ewropa bid-doppju talmedja Ewropea, u allura ferm ‘il bogħod mill-Ewropea li dawn l-istudenti li ma jkomplux
jistudjaw jonqsu għal 10%.

L-istqarrija ttemm tgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid li l-istudenti kollha jistudjaw, jirnexxu u jilħqu l-potenzjal tagħhom biex ikollhom xogħol b’paga tajba u livell ta’ kwalità tal-ħajja għolja. Jeħtieġ għalhekk pjan serju mill-Gvern biex joħroġ lis-settur edukattiv mill-kriżi li daħħlu fiha hu
stess, xi ħaġa li l-Gvern qed jonqos bil-kbir milli jagħmel.