Ambjent Lokali

Il-Perit Alex Torpiano maħtur President ġdid ta’ Din l-Art Ħelwa

Maħtura l-membri l-ġodda tal-Kunsill ta' Din l-Art Ħelwa

Il-Professur Alex Torpiano ħa l-kariga ta’ President Eżekuttiv fit-tmexxija tal-għaqda Din l-Art Ħelwa.

Simone Mizzi ġiet maħtura Segretarju Ġenerali, filwaqt li Martin Scicluna, żamm il-kariga ta’ Teżorier.

Il-membri l-ġodda tal-Kunsill huma Joseph Attard, il-Professur Anthony Bonanno, George Camilleri, Maria Grazia Cassar, Cettina Caruana Curran, Petra Caruana Dingli, Elizabeth Cremona, Josie Ellul Mercer, Cathy Farrugia, Joseph Philip Farrugia, Stanley Farrugia Randon, Martin Galea, Ann Gingell Littlejohn, Kenneth B. Micallef, il-Professur Luciano Mule’ Stagno, u l-Perit Joanna Spiteri Staines.

Din l-Art Ħelwa kienet twaqqfet mill-Imħallef Maurice Caruana Curran fl-1965.

Il-Perit Alex Torpiano se jkun it-8 President tal-Għaqda.