Lokali

Jaqleb għall-aħjar wara inċident ikrah

Ir-raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi li l-bieraħ kien involut f’ħabta frontali ma’ trakk tal-kostruzzjoni. u li kien fil-periklu tal-mewt, issa qaleb għall-aħjar.

L-inċident seħħ fi Triq Monsinjur Mikiel Azzoppardi fis-Siġġiewi.

Fl-inċident seħħ impatt bejn vettura tat-tip Opel Corsa misjuqa mir-raġel ta’ 52 sena u Mitsubishi Fuso misjuq minn raġel ta’ 62 sena resident Ħ’attard. Fil-Mitsubishi kien hemm ukoll raġel ta’ 19-il sena residenti s-Siġġiewi.

Ikkummenta