Lokali

Nirien jaħkmu residenza f’Birkirkara

Ritratt mill-arkivji

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa f’Birkirkara hekk kif residenza nħakmet min-nirien.

Il-każ seħħ fi Triq Olaf Gollcher, fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Paris hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li n-nirien bdew mill-kċina.

Filwaqt li fuq il-post ġew msejħa xejn inqas minn 4 vetturi tal-protezzjoni ċivili  – żewġ persuni ngħataw il-kura fuq il-post minn tim mediku tal-ambulanzi kawża tad-dħaħen li belgħu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.