Il-kowċ nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra t-Turkmenistan il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu u kontra l-Kosovo erbat ijiem wara.
Il-logħba se jintlagħbu waqt kamp ta’ taħriġ f’Antalya, li se jservi bħala parti mill-preparamenti għall-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2021. Malta tinsab fil-grupp mad-Danimarka, ir-Rumanija, l-Ukrajna, il-Finlandja u l-Irlanda ta’ Fuq.
B’kollox hemm ħames plejers ġodda fl-iskwadra. Dawn huma Gary Camilleri li bħalissa qed jilgħab b’self ma’ Senglea Athletic, Russell Fenech li qed jilgħab b’self ma’ Sirens, Omar Elouni ta’ Sliema Wanderers flimkien ma’ Neil Frendo li riċentament ingħaqad ma’ OFK Belgrad fis-Serbja u Marcus Grima li jinsab ma’ Barnsley fl-Ingilterra.
Skwadra finali
Gowlkipers: Timothy Aquilina (Sliema Wanderers), Andreas Vella (Mosta)
Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Connor Zammit (Hibernians), Zachary Cassar (Senglea Athletic), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta)
Midfielders: Myles Beerman (Gżira United), Gary Camilleri (Senglea Athletic), Neil Frendo (OFK Beograd), Marcus Grima (Barnsley), Russell Fenech (Sirens), David Xuereb (Hibernians), Aidan Friggieri (St. Andrews), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Jan Tanti (San Ġwann)
Attakkanti: Zachary Brincat (Mosta), Omar Elouni (Sliema Wanderers)
//= $special ?>