Pass importanti li se jagħmel il-kontenut lokali aktar aċċessibbli hekk kif, mill-Ħamis, żgħażagħ Maltin u Għawdxin se jibdew jitħallsu għall-kontenut li jipproduċu għal fuq YouTube. Xi ħaġa li YouTubers Maltin ilhom jitolbu li tibda ssir biex b’hekk issa se jkollhom inċentiv ieħor biex jipproduċu kontenut oriġinali u jxerrduh fuq YouTube.
Kien l-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech li ħadem biex dan il-pass seta’ jsir realtà. Fil-fatt, Zammit Dimech ilu għal din l-aħħar sena f’kuntatt kontinwu ma’ Google u YouTube, anke wara li s-sena li għaddiet, ġab f’Malta numru ta’ esperti minn YouTube biex joffru taħriġ b’xejn għall-artisti u n-negozji Maltin u Għawdxin.
Il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-Kultura u l-Media Therese Comodini Cachia ħadmet ukoll biex dan il-pass seta’ jsir, anke fil-perjodu li kienet Membru tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>
