AĠĠORNATA: 49 maqtula wara attakk fuq żewġ Moskej

49 persuna tilfu ħajjithom wara sparaturi li seħħew f’żewġ moskej fil-belt ta’ Christchurch fi New Zealand.  Sa issa kienu arrestati erba’ persuni pero’ l-pulizija fi New Zealand jikkonfermaw li għad hemm persuni oħra aktarx għadhom maħruba. L-iskejjel inżammu magħluqa filwaqt li moskej oħra fil-pajjiż se jinżammu magħluqa. Rapporti mhux konfermati qed jgħidu li nstema ukoll xi sparar qrib sptar fl-istess belt.

Il-pulizija diġa’ uriet filmat ta’ wieħed mill-aggressuri, filmat li ġibdu hu stess livestream għal madwar 17-il minuta sħaħ. L-aggressur identifika lilu nnifsu bħala Brenton Tarrant, Awstraljan ta’ 28 sena.

Is-Sindku ta’ Christchurch qal li dawn huma affarijiet li qatt ma ġraw f’din il-belt filwaqt li l-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern iddeskriviet dan il-jum bħala ‘paġna kerha’.