Lokali

Avviż biex ma jkunux ikkunsmati dawn il-prodotti

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib minħabba li nstab li xi pakketti fihom ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.

Isem tal-prodotti: Waitrose Cooks’ Ingredients – Dark Chocolate Chunks, Waitrose Cooks’ Ingredients – Dark Chocolate Chips
Ditta: Waitrose & Partners
Dati tad-durabbiltà: Id-dati kollha
Użin: 100g

Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333.