Cristiano Ronaldo jinsab fl-iskwadra nazzjonali tal-Portugall għall-ewwel darba minn meta ntemmet it-Tazza tad-Dinja. Il-plejer ta’ 34 sena li hu l-aktar plejer li lagħab mal-Portugall b’154 logħba kif ukoll l-aqwa skorer b’85 gowl, ma kienx inkluż fil-logħbiet tal-UEFA Nations League.
Il-Portugall qed tipprepara għall-ewwel żewġ impenji mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2020 kontra l-Ukrajna u s-Serbja. Il-kowċ nazzjonali Fernando Santos kien qal fil-bidu li ttieħdet deċiżjoni reċiproka biex Ronaldo jkollu l-mistrieħ.
Fl-assenza ta’ Ronaldo, il-Portugall rebħet il-grupp tagħha fil-UEFA Nations League kontra l-Polonja u l-Italja biex għaddiet għall-fażi finali tat-tournament li l-istess pajjiż se jorganizza f’Ġunju. Il-Portugall tilgħab kontra l-Ukrajna fit-22 ta’ Marzu u tlett ijiem wara kontra s-Serbja.
//= $special ?>