Bejn illum u l-Ħadd isir l-ewwel rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-kwart ta’ mil. B’kollox se jieħdu sehem aktar minn 100 parteċipant bejn muturi, karozzi u dragsters. L-għan tal-parteċipanti Maltin kif ukoll il-barranin se jkun li jagħmlu mill-aħjar biex itejbu l-ħin tagħhom stess u jiksru rekords Ewropej kif ukoll internazzjonali.
L-attività tibda llum u tkompli għada u l-Ħadd fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far. Minħabba li mhux soltu li fl-ewwel rawnd ikun hawn numru kbir ta’ kompetituri fl-ewwel rawnd, hu mistenni spettaklu akbar għall-familja kollha.
//= $special ?>