Kummerċ Lokali

Għaliex l-ewwel u l-aqwa xogħol li jista’ jkollok huwa mal-McDonald’s?

Jeff Bezos, Carl Lewis u Macy Gray: l-aktar raġel sinjur fid-dinja, ir-rebbieħ tad-deheb fl-Olimpjadi u l-artist rebbieħ tal-Grammy – kollha kienu jaħdmu mal-McDonald’s. U t-tlieta li huma jitkellmu pubblikament b’mod pożittiv fuq iż-żmien tagħhom mal-McDonald’s u l-ħiliet li kisbu għal ħajjithom.

Miljuni ta’ nies madwar id-dinja jagħtu valur għoli lill-esperjenza tagħhom mal-McDonald’s u jgħidu li dan huwa l-aqwa impjieg li tista’ tibda bih. Lil hinn minn fejn iwassluk il-ħajja u x-xogħol, l-impatt li jħallu f’dak li jkun l-etika u l-istandards tal-post tax-xogħol, it-taħriġ kontinwu, u l-ħidma f’tim li tiġi espost għaliha fid-dinja tal-Golden Arches huwa, bla dubju ta’ xejn, mill-aktar pożittiv.

Carl Lewis darba qal li, “Il-ħin hu importanti ħafna… ma tistax tħalli ċ-chips tiksaħ. Kieku domt 10 sekondi ma kontx nieħu l-midalja tad-deheb.” Lewis ħaddan u ġarr din id-dixxiplina fil-karrieria atletika tiegħu.

L-esperjenza ta’ Sarah

Sarah Bonnici, 29 sena, hija manager ta’ restorant tal-McDonald’s u rebħet unur. Ilha tmexxi r-restorant u l-impjegati tal-McDonald’s ta’ Ħal Għargħur mill-2016. Sarah bdiet bħala Membru tal-Crew fl-2006 u, telgħet is-sellum tal-karriera tagħha mal-McDonald’s b’pass mgħaġġel, tant li issa hi responsabbli wkoll mir-restorant tal-McDonald’s f’Buġibba. F’xogħolha tgħin ukoll lit-tim tal-operat li jmexxi d-disa’ restoranti f’Malta u Għawdex.

Sarah kisbet il-premju tar-Restaurant Manager tas-Sena 2017 u t-tim tagħha rebaħ il-premju tar-Restorant tas-Sena għal tliet snin konsekuttivi, bejn l-2016 u l-2018.

Sarah tgħid, “Bdejt mingħajr ma kont naf eżattament x’ridt nagħmel, imma kont naf li t-taħriġ li kont se ningħata mal-McDonald’s kien se jgħinni nikber personalment u professjonalment. Kont konvinta li xogħli kien se jwassalni għal affarijiet pożittivi.”

“Malajr ħassejtni kuntenta naħdem fir-restorant u kien hemm triq ċara li twasslek biex tilħaq manager. L-istruttura tal-kumpanija tħeġġeġ lill-ħaddiema biex jikbru, anke jekk ikunu jaħdmu part-time. Sibt l-appoġġ sħiħ tal-managers tiegħi, li segwewni kontinwament, u għalhekk kienet ħaġa ċara għalija li nibqa’ nistinka biex nilħaq manager. Ma naħsibx li tista’ tikseb daqstant appoġġ xi mkien ieħor.”

Is-sistema tal-McDonald’s madwar id-dinja nibtet min-nies u l-kumpanija tinvesti bis-sħiħ fit-taħriġ. McDonald’s kburija bl-iżvilupp li toffri lill-impjegati biex dawn ikunu iħaddnu l-istandards għall-valuri tal-marka u l-etika tax-xogħol,lil hinn mill-fatt ikunux se jkomplu l-karriera tagħhom mal-McDonald’s jew le.

Huwa sigriet magħruf li sena ta’ ħidma mal-McDonald’s tiswa ħafna iżjed minn sena xogħol xi mkien ieħor. Barra minn hekk, il-ħbiberiji li jinbtu fi ħdan il-McDonald’s huma ħbiberiji fit-tul.

McDonald’s toffri ambjent ta’ xogħol divertenti u edukattiv. Meta l-impjegati jkunu kuntenti, iwasslu servizz bit-tbissima u jferrħu lill-klijenti. Mal-McDonald’s issib għażliet flessibbli ta’ xogħol biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jkomplu bl-istudju tagħhom u jaħdmu s-sigħat komdi għalihom.

Ingħaqad magħna

Skopri aktar fuq ix-xogħol mal-McDonald’s mill-11 sas-17 ta’ Marzu, fl-avvenimenti speċjali li se jittellgħu fir-restoranti kollha. Il-managers u l-crew tar-restoranti se jkunu qed iwieġbu l-mistoqsijiet u jispjegaw x’hemm lest għal min jingħaqad magħna.

Se jkun hemm ukoll party għar-rekluti l-ġodda fir-restorant tal-McDonald’s ta’ Buġibba nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu, bejn it-3 u s-7pm, bis-sehem tad-DJ Carlo Gerada. Ejja, iltaqa’ mat-tim u tkixxef aktar fuq l-ewwel impjieg tiegħek mal-McDonald’s.

Kun int. Ingħaqad magħna.