Lokali

Il-Eurostat jikkonferma li l-Gvern nesa s-settur tal-housing

Huwa fatt illi l-Gvern mhux jinvesti fis-settur tal-housing tant li f’sitt snin ma beniex appartament wieħed għall-akkomodazzjoni soċjali.

Issa, dan il-fatt kompla jiġi konfermat mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika illi żvela kif f’Malta 0.6 fil-mija biss tal-ispiża tal-Gvern tmur għall-housing. Din ir-rata hija n-nofs ta’ dak li jonfqu pajjiżi oħra Ewropej – tant li l-medja Ewropea hi ta’ 1.3 fil-mija.

Id-data tal-Eurostat dwar in-nefqa tal-Gvern għall-2017 titfa’ dawl fuq realtajiet varji.

Fejn tidħol għajnuna soċjali għall-persuni b’diżabbilta’, din tammonta għal 2.7 fil-mija tan-nefqa tal-Gvern. Anke hawn, rata li hi n-nofs tal-medja Ewropea.

In-nefqa tal-Gvern Malti fejn jidħol is-settur tal-ambjent hi biss ta’ 0.9 fil-mija tal-GDP.