Lewis Hamilton spiċċa fl-ewwel post fiż-żewġ sessjonijiet ta’ provi liberi bi preparazzjoni għall-ewwel Grand Prix tal-istaġun. Jekk fl-ewwel sessjoni d-distakk mit-tieni post ta’ Sebastian Vettel kien ta’ 0.036s, fit-tieni sessjoni kienu 0.8 ta’ sekonda fuq l-eqreb rivali Max Verstappen, b’Hamilton jaqbeż bi ftit lil Valtteri Bottas.
Il-ħin li għamel Hamilton fit-tieni sessjoni kien aktar veloċi mill-ħin li bih kiseb il-pole position is-sena l-oħra. Fil-provi liberi, Mercedes għamlu dikjarazzjoni tal-potenzjal tagħhom iżda fit-tieni sessjoni Ferrari dehru li naqqsu ftit mill-pass li kellhom. Dan kollu jkun magħruf fil-provi uffiċjali meta kull tim juża l-karozza tiegħu sal-potenzjal massimu.
Kimi Raikkoen ta ħjiel li Alfa Romeo se jkunu kompetittivi hekk kif kien l-aħjar wara t-tliet timijiet ta’ fuq. Hu spiċċa qabel Nico Hulkenberg b’0.002 ta’ sekonda. Ir-riħ spikka wkoll f’dawn iż-żewġ sessjonijiet fiċ-ċirkwit ta’ Albert Park hekk kif fl-ewwel kantuniera kif ukoll fil-kantuniera ta’ qabel tal-aħħar kien hemm diversi żbalji mis-sewwieqa b’Alexander Albon spiċċa biex ħabat fl-ewwel kantuniera u waqqaf is-sessjoni.
Il-provi uffiċjali ta’ għada jsiru fis-7.00am filwaqt li t-tellieqa tal-Ħadd tibda fis-6.10am.
Kif spiċċaw l-ewwel sessjoni
1. Lewis Hamilton Mercedes 1:23.599
2. Sebastian Vettel Ferrari +0.038s
3. Charles Leclerc Ferrari +0.074s
4. Max Verstappen Red Bull +0.193s
5. Valtteri Bottas Mercedes +0.267s
6. Kimi Räikkönen Alfa Romeo +1.217s
7. Daniil Kvyat Toro Rosso +1.233s
8. Pierre Gasly Red Bull +1.333s
9. Kevin Magnussen Haas +1.335s
10. Nico Hulkenberg Renault +1.416s
11. Antonio Giovinazzi Alfa Romeo +1.567s
12. Romain Grosjean Haas +1.625s
13. Alexander Albon Toro Rosso +1.631s
14. Carlos Sainz Mclaren +1.686s
15. Lance Stroll Racing Point +1.689s
16. Sergio Perez Racing Point +1.899s
17. Daniel Ricciardo Renault +2.035s
18. Lando Norris Mclaren +2.367s
19. Robert Kubica Williams +4.315s
20. George Russell Williams +5.141s
Kif spiċċaw it-tieni sessjoni
1. Lewis Hamilton Mercedes 1:22.600
2. Valtteri Bottas Mercedes +0.048s
3. Max Verstappen Red Bull +0.800s
4. Pierre Gasly Red Bull +0.842s
5. Sebastian Vettel Ferrari +0.873s
6. Kimi Räikkönen Alfa Romeo +0.972s
7. Nico Hulkenberg Renault +0.974s
8. Daniel Ricciardo Renault +1.044s
9. Charles Leclerc Ferrari +1.154s
10. Romain Grosjean Haas +1.214s
11. Daniil Kvyat Toro Rosso +1.333s
12. Kevin Magnussen Haas +1.388s
13. Lance Stroll Racing Point +1.411s
14. Carlos Sainz Mclaren +1.533s
15. Antonio Giovinazzi Alfa Romeo +1.693s
16. Sergio Perez Racing Point +1.801s
17. Alexander Albon Toro Rosso +2.075s
18. Lando Norris Mclaren +2.133s
19. George Russell Williams +3.853s
20. Robert Kubica Williams +4.055s
//= $special ?>