Edukazzjoni Lokali

Sas-sena d-dieħla, Malta mhux se tilħaq il-miri fl-edukazzjoni

Il-Gvern mhux se jilhaq il-miri fl-edukazzjoni…l-ispiża fuq l-istat tal-istudenti li jitilqu mill-iskola kmieni hu enormi. Dan johrog minn ricerka li saret dan l-ahhar minn Milosh Raykov li flimkien mal-Professur Carmel Borg wettqu studju dwar din il-problema tal-early school leavers li f’Malta tinhass ferm.

L-istatistika turi li wieħed minn kull ħames studenti jitilqu mill-iskola qabel l-età ta’ 18-il sena, u ma jkomplux bl-istudji tagħhom.

Statistika tal-NSO li ħarġet f’Ottubru li għadda turi li fis-sena 2017 il-persentaġġ tal-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola kien ilaħħaq 17.7%. It-target tal-Unjoni Ewropea hi li dan il-persentaġġ jinżel għal 10% sas-sena 2020. Iżda wisq probabbli Malta mhux se tilħaq din il-mira tas-sena 2020.

Il-Professur Carmel Borg saħaq li minn kif jidhru l-affarijiet, Malta jista’ jkun li tilħaq din il-mira sas-sena 2022. Filfatt Malta għandha waħda mill-iktar statistċi għolja fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward.

L-istrateġija Europe 2020 tinkludi l-aġenda tal-Unjoni Ewropea dwar it-tkabbir u l-impjiegi f’kull stat membru tal-istess Unjoni. Din l-istrateġija tenfasizza sostenibbiltà u tkabbir inklussiv dan biex tiżdied il-produttività u l-kompettitivita.

L-istudju li sar minn Carmel Borg iqajjem allarm fuq il-labelling fl-iskejjel. Dan wara li li diversi studenti sostnew li ma kinux qed isibu biżżejjed għajnuna mis-sistema edukattiva biex tgħinhom jaffrontaw id-diffikulatjiet tagħhom fit-tagħlim.

Ħareġ ukoll li s-separazzjoi tal-ġenituri, kienet waħda mir-raġunijiet l-għaliex dawn l-istudenti jitilqu kmieni mill-iskola u ma jkomplux bl-istudji tagħhom.