Futbol Sport

Napoli b’avversarju Ingliż fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)

Wara l-poloz tal-UEFA Champions League, saru magħrufa l-erba’ logħbiet tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League. L-aktar konfront li jispikka hu żgur bejn Napoli u Arsenal fejn se jlaqqa’ lil Carlo Ancelotti li rebaħ tliet darbiet iċ-Champions League, kontra Unai Emery rebbieħ tliet darbiet tal-Europa League.

Fil-kompetizzjonijiet Ewropej, Napoli u Arsenal lagħbu darbtejn b’rebħa fuq kull naħa. Villarreal u Valencia se jilagħbu f’konfront kollu Spanjol, biż-żewġ timijiet iltaqgħu darba kontra xulxin fis-semifinali tat-Tazza UEFA tal-istaġun 2003/2004, b’Valencia jiksbu rebħa u draw.

Il-logħbiet Benfica v Eintracht Frankfurt u Slavia Praga v Chelsea se jlaqqa’ lil dawn it-timijiet għall-ewwel darba kontra xulxin.

F’sitwazzjoni simili bħat-timijiet ta’ Manchester, Arsenal u Chelsea ma jistgħux jilagħbu fl-istess ġurnata f’darhom. Minħabba li Arsenal spiċċaw wara Chelsea fil-Premier League fl-istaġun li għadda, Arsenal se jkollhom jilagħbu l-ewwel logħba f’darhom, bil-partita ta’ ritorn tintlagħab fi Stadio San Paolo.

Kwarti tal-finali

Arsenal v Napoli

Villarreal v Valencia

Benfica v Eintracht Frankfurt

Slavia Praga v Chelsea

Semifinali

Arsenal/Napoli v Villarreal/Valencia

Slavia Praga/Chelsea v Benfica/Eintracht Frankfurt

Finali

Slavia Praga/Chelsea/Benfica/Eintracht Frankfurt v Arsenal/Napoli/Villarreal/Valencia

Il-logħbiet tal-ewwel leg jintlagħbu fil-11 ta’ April filwaqt li l-partiti ta’ ritorn jintlagħbu ġimgħa wara fit-18 ta’ April. Is-semifinali jintlagħbu fit-2 ta’ u d-9 ta’ Mejju filwaqt li l-finali tintlagħab fid-29 ta’ Mejju f’Baku.