Futbol Sport

Tispikka Manchester United v Barcelona fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League

Ftit tal-ħin ilu f’Nyon telgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali tal-UEFA Champions League. Kif mistenni konfronti interessanti bl-aktar mistennija hi probabbli dik bejn Manchester United u Barcelona. Fil-polza b’kollox kien hemm sitt timijiet li bejniethom rebħu l-kompetizzjoni 21 darba, bl-uniċi żewġ timijiet li qatt ma rebħu l-kompetizzjoni se jilagħbu kontra xulxin.

Kwarti tal-finali

Ajax v Juventus

Ajax jinsabu f’din il-fażi għall-ewwel darba wara 16-il sena u għadhom mhux megħluba barra minn darhom f’dan l-istaġuun Iż-żewġ timijiet kienu lagħbu l-finali tal-UEFA Champions League fl-1996 b’Juventus jirbħu l-finali bl-għoti tal-penalties.

Liverpool v Porto

Iż-żewġ timijiet iltaqgħu l-istaġun li għadda fir-rawnd tal-aħħar 16, b’Liverpool jikkwalifikaw b’aggregate ta’ 5-0.

Tottenham v Manchester City

Tottenham jinsabu fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League għall-ewwel darba mill-2011. Din se tkun l-ewwel darba li Tottenham u Manchester City se jilagħbu kontra xulxin f’kompetizzjoni Ewropea.

Barcelona v Manchester United

Minħabba deċiżjonijiet tal-awtoritajiet relevanti, iż-żewġ timijiet ta’ Manchester ma jistgħux jilagħbu f’darhom fl-istess lejla. Għalhekk l-ewwel leg tal-logħba bejn Manchester United u Barcelona se tintlagħab f’Old Trafford. Għal Barcelona din hi t-12-il darba konsekuttiva li jinsabu mal-aħħar tmenja. Dan il-konfront hu ripetizzjoni tal-finali tal-2009 u l-2011 li Barcelona kienu rebħu fiż-żewġ okkażjonijiet.

Semifinali

Tottenham/Manchester City v Ajax/Juventus

Manchester United/Barcelona v Liverpool/Porto

Finali

Tottenham/Manchester City/Ajax/ Juventus v Manchester United/Barcelona/Liverpool/Porto

L-ewwel logħbiet tal-kwarti tal-finali jintlagħbu fid-9 u l-10 ta’ April, bil-partiti ta’ ritorn jintlagħbu fis-16 u s-17 ta’ April. L-ewwel logħbiet tas-semifinali jintlagħbu fit-30 ta’ April u l-1 ta’ Mejju, bil-partiti ta’ ritorn jintlagħbu fis-7 u t-8 ta’ Mejju. Il-finali tintlagħab fl-1 ta’ Ġunju fil-Wanda Metropolitana f’Madrid.