Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti Żaren Alamango li miet fl-età ta’ 83 sena. Il-karriera tiegħu fil-futbol kienet ma’ Floriana fejn lagħab magħhom għal 14-il staġun u rebaħ tliet darbiet il-kampjonat, tliet darbiet l-FA Trophy u darbtejn il-Cassar Cup.
Żaren Alamango beda l-karriera mat-tim tal-kbar ta’ Floriana f’Novembru tal-1954 fir-rebħa ta’ 6-0 li l-Furjaniżi kellhom fuq Hibernians fejn saħansitra kien skorja wieħed mill-gowls. Hu kien baqa’ jilgħab sal-1969 għalkemm minħabba li kien fl-Armata Ingliża fil-Ġermanja kellu jieqaf f’xi żminijiet.
Alamango lagħab partita tat-tim nazzjonali Malti u wara li rtira mill-futbol, għamel żmien jilgħab il-hockey.
//= $special ?>