Ħafi u bil-ħwejjeġ bojod li jilbsu l-ħabsin, Brenton Harrison Tarrant ta’ 28 sena lbieraħ tressaq quddiem il-Qorti ta’ Christchurch akkużat bil-massakru li seħħ iktar kmieni matul il-ġurnata.
Hu akkużat li daħal f’moskea fil-belt ta’ New Zealand u spara fuq in-nies li kienu qegħdin jitolbu. In-numru tal-mejta s’issa huwa ta’ 49, iżda għad hemm tal-anqas 36 persuna oħra l-isptar isofru minn ġrieħi gravi.
Tarrant uża ħames armi tan-nar fl-attakk u xandar il-massakru live .
Hu u dieħel il-qorti biex jisma’ l-akkużi kontrih, membru tal-pubbliku kellu jinżamm mill-pulizija meta pprova jattakka lil Tarrant b’sikkina.
Żewġ persuni oħra qed jinżammu mill-pulizija b’konnessjoni mal-attakk.
//= $special ?>