Il-playing field Maġistrat Salvu Attard li qiegħed fil-qalba tar-raħal jinsab fi stat ta’ abbandun totali.
Minkejja il-pressjoni kontinwa tal-kunsillieri tal-PN, il-Kunsill b’maġġoranza Laburista ma jidhirx li qed jħoss illi għandu jagħti prijorita’ lil dan il-post ta’ rikrejazzjoni għat-tfal Qalin fejn huma diversi il-ġenituri li stqarrew magħna illi dan il-post ma għadux wieħed sigur għall-uliedhom u qed jispiccaw ikollhom jieħdu lit-tfal tagħhom fi playing fields u ġonna fi rħula oħra.
Dan kien wieħed mill-ewwel proġetti li kien sar mill-Kunsill Lokali tal-Qala imexxi mill-PN u dejjem kien jinżamm fi stat tajjeb permezz ta’ manutenzjoni kontinwa.
Wiehed jista jinnota li t-tapiti ta’ taht il-bandli huma jew fi stat ħażin jew ma jeżistux. Naraw spazju vojt fejn ġiet maqlugħa żurżieqa li qatt ma saret oħra flokha. Dan barra in-numri ta’ knatan li jinsabu mad-dawra tal-playing field li inqalaw u qatt ma ġew irranġati.
Zona oħra fil-Qala li wieħed jista’ jgħid li intisiet kompletament, hija dik fejn hemm Ġnien il-Hajja. F’dan il-Park tal-Familja li kien sar 8 snin ilu minn Kunsill Lokali imexxi mill-PN, it-tfal kollha Qalin ħawwlu is-siġra tagħhom u waħħlu isimhom magħha. Illum, it-tfal mhux biss ma jistawx imorru jaraw is-siġra tagħhom għax il-Ġnien m’għadux aċċessibli għall-pubbliku minħabba l-ħaxix ħażin li kiber, iżda ħafna mis-siġar mietu imħabba nuqqas ta’ kultivazzjoni. It-tabelli bl-ismijiet tat-tfal għosfru. Fl-istess zona wieħed isib tabelli informattivi dwar is-sigar maqlugħin mal-art, fanali maqlugħin, bankijiet li anqas biss tista’ tpoġġi fuqhom bil-haxix li kiber fihom u fuqhom.
Dak li kellu jkun post miftuh ta’ rikrejazzjoni spicca kwazi mizbla fejn anke jispikka open skip li tpogga fiz-zona mis-Sindku Laburista tal-Qala. Kunsill Lokali tal-PN ta’ dak z-zmien fl-istess park kien installa 45-il panella solari biex jigi generat l-elettriku. Panelli li tul dawn l-aħħar 7 snin minn meta tela’ kunsill Laburista tħallew abbandunati u ma iġġenerawx b’centeżmu elettriku. .
Spazju ieħor li illum il-gurnata huwa ukoll abbandunat u inaccessibli huwa Ta’ Grunju Park, wiehed mill-ftit progetti li saru f’din l-legislatura mill-Kunsill Laburista u li diġa’ ġie minsi.
//= $special ?>