Lokali

Jinżamm arrestat b’akkużi ta’ pussess ta’ droga

Charles Borg ta’ 45 sena residenti s-Siġġiewi dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat b’pussess tad-droga. Hu nstab fil-pussess ta’ raża mehuda mill-pjanta kannabis kif ukoll b’pussess ta’ droga kokaina.

Kif spjega l-Ispettur Anthony Scerri, Borg jinsab akkużat li kkommetta reat 100 metru ‘l bogħod minn skola u li hu reċidiv. Id-droga li kellu fil-pussess tiegħu kienet tammonta għal madwar 15kg.

Charles Borg wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ma tagħtux il-ħelsien mill-arrest.

Id-difiża qed titmexxa mill-avukat Joe Giglio assistit mill-avukat Roberta Bonello.