Lokali

“Kull ma smajt kien twerżiq” – xhud fil-każ ta’ Shannon Mak

Ritratt: Martin Agius

Dalgħodu fil-qorti kompla jinstema’ l-każ kontra Jelle Rijpma li jinsab akkużat bl-omiċidju tat-tfajla Olandiża Shannon Mak. Mak kienet inqatlet f’nofs ta’ triq f’Santa Venera s-sajf li għadda.

Fis-seduta tal-lum xehed iben is-sid tal-appartament li kienet qed tikri t-tfajla.

Fix-xhieda tiegħu hu qal li għallħabta tas-2.30am ħareġ ipejjep sigarett fil-gallarija meta sema’ twerżiq ikexkex li dam għal ftit ħin mhux ħażin. Hu qal li ma sema’ ebda kliem, u li t-twerżiq dam għal xi ħin sakemm beda’ jmajna bilmod il-mod.

Xhud ieħor qalet li kif ħarġet għax-xogħol kmieni filgħodu, ġar qalilha li maġenb il-karozza tagħha kien hemm mara mejta. Hi spjegat kif dak il-ħin lemħet il-ġisem tal-mara mitluq bejn il-karozza tagħha u ħajt ta’ ġnien.

Il-każ ikompli.