Jordan Azzopardi ta’ 29 sena residenti l-Qawra hu wieħed minn għadd ta’ persuni li ġew arrestati b’akkużi ta’ pussess ta’ droga kannabis u kokaina, kif ukoll ta’ karti ta’ Ewro foloz u arma tan-nar b’kalibru 0.25.
Azzopardi, li m’għandux impjieg, hu mifhum li hu l-moħħ wara ċirku ta’ traffikar ta’ droga u ċirkulazzjoni ta’ flus foloz, u li kien involut f’attivitajiet li waslu għal numru ta’ raids tal-pulizija fl-aħħar ġimgħat.
Minbarra hekk, Azzopardi jinsab akkużat ukoll li ffroda tlett iħwienet, b’pussess ta’ arma tan-nar bla liċenzja u li hedded u ferixxa terzi persuni.
Iż-żgħażugħ jgħix f’residenza lussuża fil-Madliena u jsuq karozza b’valur ta’ €100,000.
Jidher li l-pulizija kienet ilha żmien twil issegwi lil Azzopardi minħabba l-għadd kbir ta’ rapporti dwaru u dwar l-attività kriminali tiegħu. Jidher ukoll li Azzopardi nqabad mill-pulizija wara li tefa’ post fuq Facebook jitlob għal-għajnuna biex isib il-kelba tiegħu li kienet intilfet fl-inħawi tax-Xemxija u li għaliha kien qed joffri kumpens ta’ €5000.
Wara dik il-post, il-Pulizija dawret it-tfittxija għalih għaz-zoni tal-madwar.
Minn stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li Jordan Azzopardi kien iħaddem 40 persuna bil-paga għat-traffikar tad-droga. Hu kien jistħajjel lilu nnifsu l’El Chapo’ ta’ Malta.
//= $special ?>