Rugby Sport

Wales tirbaħ is-Six Nations

(Ritratt: EPA)

Try ta’ Hadleigh Parkes u sitt penalties ta’ Gareth Anscombe assiguraw li Wales tikseb Grand Slam bir-rebħ tas-Six Nations wara rebħa ta’ 25-7 fuq l-Irlanda fil-Principality Stadium f’Cardiff. Fl-aħħar sena ta’ tmexxija tiegħu, il-kowċ Warren Gatland se jkun kiseb it-tielet Grand Slam u r-raba’ titlu tas-Six Nations fil-11-il staġun tiegħu.

Il-plejers ta’ Wales ħadmu ħafna biex li jirbħu l-logħbiet kollha għall-ewwel darba mill-2012, b’eżami tajjeb tal-fiżika li iżda kienet miġġielda mid-dixxiplina tal-Irlanda. L-uniku try ġie skorjat wara żewġ minuti u wara l-conversion sussegwenti, baqgħu jkabbru l-iskor bil-penalties ta’ Anscombe.

Huma daħlu jistrieħu 16-0 minn fuq, b’Anscombe jiskorja tliet penalties oħra fit-tieni taqsima. L-Irlanda rnexxielha biss tikseb il-punti bi try ta’ Jordan Larmour fl-aħħar azzjoni tal-logħba u conversion ta’ Carty.

F’logħba oħra missielta, George Ford għamel try u conversion fl-aħħar minuta biex ċaħħad lill-Iskozja minn rebħa importanti fi Twickenham, hekk kif il-logħba spiċċat fi draw ta’ 38-38. L-Ingliżi kellhom bżonn tliet minuti wara l-ħin biex irkupraw wara li kienu 31-0 minn fuq l-ewwel taqsima.

L-Iskoċċiżi pproduċew wirja qalbiena u wara li skorjaw l-ewwel try u conversion ftit minuti qabel intemmet it-taqsima, marru 38-31 minn fuq b’ħames minuti għat-tmiem. Dan sakemm Ford ċaħħad l-ewwel rebħa tal-Iskozja għat-Tazza Calcutta fi Twickenham mill-1983.

Franza temmet l-impenji tagħha b’rebħa ta’ 25-14 fuq l-Italja fi Stadio Olimpico. It-tim ta’ Jacques Brunel kien aktar preċiż mill-avversarji, b’Damian Penaud jissiġilla r-rebħa lejn it-tmiem wara li t-Taljani urew karattru tul il-logħba.

Il-Franċiżi daħlu jistrieħu 10-6 fil-vantaġġ, bi try ta’ Antoine Dupont u conversion u penalty minn Romain Ntamack filwaqt li Tommaso Allan skorja żewġ penalties għat-tim Taljan. Franza naqsuet li tagħlaq il-logħba u sa għoxrin minuta mit-tmiem l-iskor kien 17-14, bi drop-goal ta’ Ntamack itihom ftit nifs. It-tim Taljan kompla jippressa fl-aħħar stadji, sakemm Penaud għamel l-iskor finali 25-14 minuta mit-tmiem.