Wara l-kontroversja li kien hemm f’dawn l-aħħar jien, dwar filmat ta’ puma li qed jinżamm fuq il-bejt, issa sar magħruf li Yakito li għandu 5 snin qed jiġi mrobbi fi spazju kbir f’dar.
Yakito qed jinżamm skont ir-regolamenti tal-awtoritajiet. Sid il-puma Etienne Gracey stqarr li jieħu ħsieb lill-puma daqslikieku kien ibnu.
Gracey, tella’ filmat fuq il-media soċjali fejn jidher qed jilgħab mal-puma. Yakito għandu spazju kbir riżervat apposta għalih fuq wara tar-residenza ta’ Etienne. F’dan l-ispazju l-puma jkun jista’ jilgħab u jistkenn bl-aktar mod sigur.
Minkejja l-imħabba lejn il-Puma minn sidu hu evidenti li dan ma jgħix fl-ambjent naturali tiegħu. Dan stqarruh diversi persuni li jħobbu u jikkampanjaw favur l-ambjent u kontra l-moħqrija tal-annimali.


