It-temp ippermetta sabiex bħal kull sena, mijiet ta’ nies jinġabru f’San Ġiljan ghall-festa ta’ San Patrizju, b’hafna jattendu għal ‘street parties’ filwaqt li jixorbu xi xarba birra.
Is-17 ta’ Marzu jaħbat Jum il-festa tal-Patrun fl-Irlanda iżda aktar milli sabiex ifakkru il-festa tal-Patrun, ħafna żagħżagħ Maltin jiċċelebraw din il-festa sabiex jieħdu gost.
Net News żar San Ġiljan fejn apparti li spikkaw il-bars fit-triq minħabba li din il-festa hija assoċjata mal-birra, spikkaw ukoll in-nies bi kpiepel u ħwejjeġ ħodor, il-kulur assoċjat ma’ din il festa.
Għalkemm dan il-jum hu wieħed ta’ pjaċir għal diversi persuni, għar-residenti tista tkun inkonvinjenza minħabba li l-attivitajiet jibqgħu għaddejjien sa tard il-Ħadd filgħaxija.
//= $special ?>